Sunday 11th July 2010
Slovenja – Kampjonat tal-Mediterran tat-Trot

Illum saret ir-raba’ prova li tghamel parti mill-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott. Il-pajjizi kollha u l-gerrejja partecipanti kienu Kroazja (Marinko Gabric), Italja (Attilio Golia), Franza (Jean Paul Fasquelle), Malta (George Attard), Russia (Evgenii Pupov), Serbia (Ivan Vukov) u Slovenja (Marko Gorenc).

Din il-prova saret fuq-zewg tigrijiet, fejn l-istess zwiemel grew darbtejn, pero il-gerrejja issuqu zwiemel differenti.

Il-Malta Gorge Attard, sewwieq ta’ esperjenza, saq bil-kuluri Maltin, li pero kellhu esperjenzi mhalta. Dan ghaliex irnexxilu jirbah l-ewwel tigrija fuq in-numru tnejn ARISA, filwaqt illi fit-tieni tigrija ma rnexxilux jikkwalifika meta saq in-numru wiehed LILLY MARLENE.

Il-partecipanti kienu
1) LILLY MARLEN
2) ARISA
3) MARKIZ PESKI
4) FLORJAN
5) LADY LUNA
6) HAND RIGHT
7) APOFIS

Wara din il-prova Malta issa ghandha 22 punt.