Sunday 11th July 2010
Mr Roxy Music wins Exotique Cup Final

Il-finali tal-edizzjoni 2010 tat-Tazza Exotique ghaz-zwiemel tal-galopp saret il-gimgha filghaxija fil-korsa tal-Marsa. Din il-finali fuq 1250m kienet taghmel parti mis-37 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet, u ntrebhet minn Mr Roxy
Music, misjuq minn Oliver Briffa. Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier, li bhall-kumplament tat-trott saret fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Seba’ ]wiemel grew fil-finali tat-Tazza Exotique. Hawnhekk kien l-ikkwotat Mr
Roxy Music (Oliver Briffa) li beda l-aktar b’sahhtu mill-gagga tat-tluq. Dan kien
quddiem tul id-distanza u rebah b’zewg tulijiet minn Just The Best (Demis
Zammit), Silence Caresse (Michael Sultana) u Johnny Mc Gurk (Charles Pace).

Ghall-Izvediz Mr Roxy Music din kienet it-tieni rebha konsekuttiva minn daqstant
hargiet fi gziritna.

Fi tmiem il-finali, Sarah Borg, f’isem il-kumpanija Exotique, ippremjat lill-jockey Oliver Briffa u lis-sinjuri Shawn u Sunny Formosa, is-sidien taz-ziemel rebbieh. Din it-tigrija ntrebhet f’hin ta’ 1.14.5”.