Sunday 6th June 2010
Mediterranen Derby Final

Nhar it-Tnejn, 7 ta’ Ġunju hija ġurnata importanti għat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-Galopp li ser issiru fil-Malta Racing Club hekk kif il-Klabb ser jorganizza il-Mediterranean Derby 2010.

Din hija laqgħa li l-entusjażti kollha tat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-galopp ikunu qed jistennew bil-ħerqa, għax hija l-ħolma ta’ kull sid ta'żiemel tal-galopp li jerfa dan it-trofew daqshekk importanti. It-trofew kien manifatturat fl-istabbiliment ta’ Gerrard & Co. f’Haymarket fl-1857 bħala premju Ascot għar-rebbieħ tat-Tazza tal-Ascot tal-1858. Huwa maħsub li dak iż-żmien it-trofew kien jiswa 420 muniti tad-deheb. Fl-1889, kienet akkwistata mill-Malta Racing Club għall-prezz ta’ 100 munita tad-deheb, li f’dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-United Services Challenge Cup. L-ewwel Finali kienet saret it-Tlieta 9 t’April 1889.

Matul is-snin il-Mediterranean Derby kienet ppreżentata lir-rebbieħa minn dinjitarji numerużi bħal l-Eċċellenza tiegħu il-Prinċep Louis ta’ Battenbrug, l-Eċċelenza tiegħu l-Prinċep Andrew tal-Greċja, missier il-Prinċep Phillip, u diversi Gvernaturi ta’ Malta.

Matul il-konferenza stampa, ic-Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat qal “It-tiġrijiet tal-galopp f’Malta baqgħu jzidu fil-popolarita’ tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u jawgura tajjeb għal dawn it-tiġrijiet f’Malta. Huwa kompla jgħid li għalkemm il-korsa mhijiex idejali għal dawn it-tip ta’ tiġrijiet peress li kienet iddisinjata biex tilqa fiha z-żwiemel tat-trott, il-Klabb għadu qed jesplora l-possibilitajiet ta’ iktar alterazzjonijiet fis-snin li ġejjin li żgur ser jgħinu din il-parti tal-isport timxi iktar il-quddiem”. L-avukat Brincat semma wkoll li “r-rebħ riċenti barra xtutna f’diversi kompetizzjonijiet jikkonferma li l-livell ta’ ġerrejja f’Malta huwa sodisfaċenti, imma bħala Klabb inħossu li għandna bżonn iktar ġerrejja għat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-Galopp biex dan l-isport jikber iktar”.

It-tiġrijiet ta’ nhar it-Tnejn jibdew fis-13.50pm, u ser ikun 8 żwiemel jikkompetu bejniethom:
1. Just the Best 65 kilogramma;
2. Mean Mr. Mustard 65 kilogramma;
3. No Telling 63.5 kilogramma;
4. Luckey Friendly 61 kilogramma;
5. Lordswood 62 kilogramma;
6. Maria La Perfida 57 kilogramma;
7. Laparisiene 56 kilogramma;
8. Daisy Girl 49 kilogramma.

Deskrizzjoni tat-Trofew
Id-disinjatur, Edmund Cotterrill, qed jirrakkonta l-istorja tad-Duka Berchtold V ta’ Zähringen, fejn jiltaqgħu fin-naħat selvaġġi tal-Isvizzera ma ors kbir. Fl-istess post fejn wara huwa bena il-belt ta’ Berne lejn l-aħħar tas-seklu tnax. Id-Duka niżel min fuq iż-żiemel tiegħu li huwa miżmum minn assistent, hekk kif l-ors ser jghati is-salt.