Sunday 6th June 2010
Malta - Sicily Encounter Race 2010

Il-Malta Racing Club qed ihabbar li il-Malta – Sicily Encounter Race 2010, ser issir nhar il-Hadd 1 ta’ Awissu fil korsa “Ippodromo del Mediterraneo”.

L-ghoxrin partecipant, 10 zwiemel min Malta u 10 Taljani, ser jiehdu sehem f’zewg tigrijiet fl-istess gurnata, li ser ikunu fuq id-distanza ta’ 1600m. Il-program ser jikkonsisti minn zewg Heats, wahda ghal zwiemel min Malta biss, u ohra ghaz-zwiemel Taljani, li minn kull Heat, l-ewwel hamsa jiehdu sehem fil-Finali principali, filwaqt li l-ohrajn ser ikun qed jippartecipaw fil-Finali ta’ konsolazzjoni.

Fil-granet li gejjien, il-Malta Racing Club ser illaqqa lil dawk kollha interessati li jippartecipaw f’dan l-avveniment, fejn ukoll ser jigi diskuss id-dettalji kollha ta’ dan il-programm.

Aktar informazzjoni ser tohrog fil-granet li gejjien.